Facebook Instagram

Il-Climate Action Authority b’sejħa għall-esperti fil-proċess biex ikun żviluppat Pjan Nazzjonali ta’ Adattament għat-Tibdil fil-Klima

August 14, 2025

Il-Climate Action Authority b’sejħa għall-esperti fil-proċess biex ikun żviluppat Pjan Nazzjonali ta’ Adattament għat-Tibdil fil-Klima

Ippubblikata Preliminary Market Consultation (PMC) biex titfassal strateġija bil-għan li l-pajjiż ikun iktar reżiljenti

Ġiet ippubblikata Preliminary Market Consultation (PMC) bil-għan li jkunu ingaġġati esperti fl-iżvilupp tal-Pjan Nazzjonali għat-Tibdil fil-Klima li qed tiżviluppa l-Climate Action Authority.

L-għan ta’ din il-PMC hu li tikseb tagħrif dwar id-disponibbiltà tal-għarfien meħtieġ biex ikun żviluppat dan il-pjan, u tidentifika strateġiji li jistgħu jkunu implimentati bħala parti mill-istess pjan, f’konformità mal-impenn ta’ Malta għar-reżiljenza klimatika u r-responsabbiltajiet skont il-Ftehim ta’ Pariġi u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-klima.

L-Inġ. Abigail Cutajar, il-Kap Eżekuttiv tal-Climate Action Authority stqarret: “Li nindirizzaw it-tibdil fil-klima tinvolvi mhux biss sforzi biex inaqqsu l-emissjonijiet, iżda wkoll biex nadattaw għall-impatti tagħha. L-awtorità se tiżviluppa dan il-pjan bis-sehem ta’ esperti, imsieħba soċjali u s-soċjetà. L-għan tagħna hu li nintegraw ir-reżiljenza klimatika fl-ekonomija u l-ħajja ta’ kuljum tagħna, filwaqt li ngħinu l-komunitajiet jipparteċipaw f’din it-tranżizzjoni.”

Il-Pjan Nazzjonali ta’ Adattament għat-Tibdil fil-Klima  għandu l-għan li jsaħħaħ l-abbiltà ta’ Malta biex tipprepara għall-adattament u r-riskji li ġġib magħha il-bidla fil-klima. Permezz ta’ din il-PMC qed issir sejħa għall-azzjonijiet prattiċi li jindirizzaw l-iktar vulnerabilitajiet urġenti.

Il-PMC tista’ tinkiseb minn fuq l-e-PPS permezz ta’ din il-ħolqa:

https://www.etenders.gov.mt/epps/pmc/listPmcContractDocuments.do?resourceId=12429530

02 Newsletter

Join the way, and get
the latest updates.

Climate Action
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.