Ftehim bejn il-Climate Action Authority u l-Aġenzija Sapport se jwassal biex fuq il-bejt ta’ ċentru ta’ matul il-jum f’Raħal Ġdid jiġu nstallati pannelli fotovoltajċi li jipproduċu enerġija nadifa ekwivalenti għall-bżonnijiet ta’ 67 residenza.An agreement between the Climate Action Authority and Aġenzija Sapport will see photovoltaic panels installed on the roof of a day centre in Paola, generating clean energy equivalent to the needs of 67 homes.
Is-sejħa għall-offerti għal dan il-proġetti kienet ippubblikata f’isem l-Aġenzija Sapport fl-aħħar jiem u l-proġett huwa wieħed minn sensiela li qed tikkordina l-Climate Action Authority bil-għan li postijiet pubbliċi jintużaw għall-produzzjoni ta’ enerġija alternattiva. Dan bil-għan li awtoritajiet governattivi jibqgħu jmexxu bl-eżempju u jkunu fuq quddiem fit-tranżizzjoni ambjentali.The call for tenders for this project was published on behalf of Aġenzija Sapport in recent days, and the project is part of a series being coordinated by the Climate Action Authority with the aim of using public spaces for the generation of alternative energy, so that government authorities continue to lead by example and remain at the forefront of the environmental transition.
Dan il-proġett, iffinanzjat mill-Climate Action Authority, huwa mistenni jsir b’investiment ta’ madwar €180,000 u jista’ jnaqqas l-emissjonijiet b’113 il-tunnellata metrika ta’ CO2 kull sena. This project, funded by the Climate Action Authority, is expected to involve an investment of approximately €180,000 and could decrease emissions by 113 metric tonnes of CO2 annually.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Climate Action Authority, l-Inġ Abigail Cutajar, spjegat kif l-awtorità qed tibqa’ tfittex li taħdem ma’ kemm jista’ jkun entitajiet biex tmexxi inizjattivi li jagħmlu differenza konkreta. “Sodisfatti ferm li qed naħdmu mal-Aġenzija Sapport fuq dan il-proġett u rrid nirringrazjahom tad-disponibbiltà tagħhom. Dan il-proġett jingħaqad ma’ oħrajn, per eżempju dawk li qed nippjanaw fuq numru ta’ skejjel fejn ukoll se jkunu installati pannelli fotovoltajċi biex nipproduċu enerġija nadifa. Filwaqt li l-gvern jinvesti f’diversi inċentivi biex jgħin lin-nies jagħmlu t-tranżizzjoni, qed naraw li entitajiet pubbliċi jieħdu huma wkoll l-inizjattivi tagħhom u l-Climate Action Authority se tibqa’ tkun preżenti kemm b’assistenza teknika, iżda wkoll billi tgħin fl-investiment,” spjegat Cutajar.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport, is-Sur Oliver Scicluna, stqarr kif l-aġenzija kkollaborat b’konvinzjoni f’din l-inizjattiva. “Filwaqt li naħdmu fis-settur tad-diżabbiltà, dan ma jfissirx li m’aħniex konxji tas-sehem li nistgħu nagħmlu favur l-ambjent permezz ta’ deċiżjonijiet li nieħdu ta’ kuljum fl-operat tagħha. Kien għalhekk li pjanajna biex dan l-ispazju fuq iċ-ċentru ta’ matul il-jum li għandna f’Raħal Ġdid jintuża biex isiru pannelli li jipproduċu enerġija nadifa. Sodisfatti li għal dan il-għan ħdimna id’ f’id mal-Climate Action Authority,” qal Scicluna.
Din is-sejħa għall-offerti tgħalaq fit-28 ta’ April u l-informazzjoni tista’ tinkiseb minn din il-link: This call for tenders closes on 28 April and further information can be found at the following link: https://www.etenders.gov.mt/epps/cft/prepareViewCfTWS.do?resourceId=13366883
https://www.etenders.gov.mt/epps/cft/prepareViewCfTWS.do?resourceId=13366883
