Facebook Instagram

Enerġija rinnovabbli minn fuq il-bjut tal-iskejjelRenewable energy from school rooftops

November 27, 2025

Enerġija rinnovabbli minn fuq il-bjut tal-iskejjelRenewable energy from school rooftops

Erba’ skejjel madwar il-pajjiż se jkollhom pannelli tax-xemx installati fl-ewwel minn sensiela ta’ proġetti li l-Climate Action Authority qed taħdem fuqhom flimkien ma’ diversi entitajiet pubbliċi bl-għan li jiżdiedu l-proġetti ta’ enerġija rinnovabbli fuq proprjetajiet pubbliċi.

Fl-aħħar snin skejjel ġodda raw l-installazzjoni ta’ pannelli tax-xemx, bl-iskola tal-Imsida tkun l-ewwel skola carbon neutral, dan il-proġett ifisser fażi oħra fejn se jkunu implimentati proġetti fuq skejjel eżistenti li wkoll jikkontribwixxu fl-azzjoni dwar it-tibdil fil-klima.

Il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Miriam Dalli tkellmet dwar kif dan il-proġett huwa ieħor f’sensiela ta’ proġetti konkreti ta’ azzjoni dwar il-klima. “Meta waqqafna l-Climate Action Authority ridna mhux biss awtorità li tirregola, iżda ridna wkoll awtorità proattiva li tmexxi ‘l quddiem proġetti li jagħmlu d-differenza. Dan hu eżempju pożittiv ta’ kollaborazzjoni bejn entitajiet differenti li minnhom se jkollna ħafna aktar.”

Il-Ministru Dalli enfasizzat ukoll is-sabiħ li dan il-proġett qed isir fl-iskejjel. “Huma fost l-iktar sensittivi dwar l-ambjent u huwa ta’ sodisfazzjon għalihom ukoll li fl-iskejjel tagħhom qed isiru dawn il-proġetti. B’hekk jifhmu kif dak li qed nitkellmu dwaru u dak li jixtiequ, jista’ jsir b’mod tanġibbli. M’hemmx dubju li hekk nkomplu nnisslu fihom aktar kuraġġ biex huma wkoll jieħdu azzjoni fil-ħajja ta’ kuljum,” qalet il-Ministru Dalli, filwaqt li fakkret ukoll kif ix-xogħol tajjeb li qed tagħmel Malta fis-settur tal-klima kien irrikonoxxut ukoll f’analiżi indipendenti mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u l-qafas tal-Climate Scanner.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima saħaq li, “Bħala Gvern impenjati li nagħmlu l-iskejjel tagħna mudell ħaj ta’ sostenibbiltà. Proġetti bħal dan ma jsaħħux biss l-infrastruttura tal-iskejjel, iżda joffru wkoll opportunità edukattiva reali lit-tfal tagħna biex jifhmu, jaraw u jgħixu l-valuri tal-enerġija nadifa. Din il-kollaborazzjoni hija pass ieħor biex nibnu skejjel aktar moderni, effiċjenti u sostenibbli, u se nkomplu naħdmu biex dan l-approċċ jinfirex fuq aktar skejjel madwar il-pajjiż.”

L-ewwel erba’ skejjel f’dan il-proġett huma l-iskola primarja tal-Għargħur, il-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop, Primarja Santa Klara ta’ San Ġwann u l-iskola primarja tal-Kulleġġ San Nikola fil-Wardija. Is-sistemi fotovoltajċi f’dawn l-iskejjel se joffru kapaċità totali ta’ 228 kWp, biżżejjed biex jagħtu enerġija lil madwar 83 dar fis-sena. Dan il-proġett se jikkontribwixxi għal tnaqqis ta’ madwar 139 tunnellata metrika ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena. ​​

L-Inġ. Abigail Cutajar, Kap Eżekuttiv tal-Climate Action Authority, spjegat kif wara ftit tax-xhur ilu ġie ffirmat Memorandum of Understanding mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, telqet mill-ewwel il-ħidma fuq dan il-proġett. “Dan hu proġett importanti għal din l-awtorità li ilha teżisti biss ftit iktar minn sena. Fuq il-mudell tiegħu se nkunu qed inwettqu proġetti oħrajn. Meta ħtarna l-Climate Coordinators f’kull Ministeru dan sar biex inkunu effettivi f’ħidmitna u fil-fatt din mhux l-ewwel kollaborazzjoni. Konna parteċipi fi skema ta’ vouchers biex familji vulnerabbli jieħdu carbon filters tal-ilma b’xejn u ma’ Transport Malta u l-Università ta’ Malta kkoperajna wkoll fuq proġetti ta’ solar car ports fejn l-istudenti ddisinjaw l-ideat tagħhom li issa rridu nippjanaw kif se nagħtuhom il-ħajja. Dan hu l-istil li qbadna u se nibqgħu naħdmu bih,” qalet l-Inġ Cutajar.

02 Newsletter

Join the way, and get
the latest updates.

Climate Action
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.