L-iktar rapport riċenti dwar il-progress b’rabta mat-tibdil fil-klima fl-Unjoni Ewropea, ippublikat f’Novembru 2025, enfasizza l-inizjattivi dwar il-klima tal-Unjoni Ewropa, u wera kif Malta kompliet tagħti l-kontribut tagħha permezz ta’ investimenti kontinwu fl-azzjoni klimatika. Diversi baġits riċenti, inkluż il-Baġit 2026, komplew jallokaw fondi għat-tranżizzjoni ambjentali u d-dekarbonizzazjoni.
L-isforzi ta’ Malta qed iwasslu wkoll għal riżultati ċari. L-emissjonijiet per capita f’Malta niżlu b’ 44% mill-2005, ferm aħjar mill-medja Ewropea ta’ 34%. L-emissjonijiet għal kull unità tal-PDG naqsu b’ 81.6% tul l-istess perjodu, mqabbel mal-medja Ewropea ta’ 61.9%. Dawn il-figuri juru li Malta qed tnaqqas l-emissjonijiet kemm fuq livell domestiku kif ukoll fuq livell ekonomiku, anke jekk l-ekonomija qed tkompli tikber.
F’dan il-kuntest il-Climate Action Authority qed tara l-implimentazzjoni ta’ programm wiesa’ ta’ miżuri maqbula fil-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima ta’ Malta. Dawn jiffukaw fuq setturi bħall-ġenerazzjoni tal-enerġija, it-trasport, il-bini, u l-iskart, filwaqt li għandhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza klimatika.
Ir-rapport tal-UE itenni li Malta hija waħda minn tliet pajjiżi biss li identifikaw proġetti mill-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta tal-UE. Malta qed tinvesti din l-għajnuna fil-faċilitajiet tal-elettriku shore-to-ship, bil-proġett se jgħin lis-settur marittimu jnaqqas l-emissjonijiet u jtejjeb il-kwalità tal-arja fil-portijiet. Dan il-proġett hu xħieda oħra tal-ħila ta’ Malta li timbarka fuq proġetti b’diversi beneffiċċji.
Ir-rapport jirrikonoxxi wkoll ir-rwol ewlieni ta’ Malta fit-tfassli ta’ pjan ta’ adattament, liema xogħol qed jiġi kkordinat mill-Climate Action Authority flimkien ma’ esperti, imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili.
Ir-rapport isemmi wkoll l-impenn ta’ Malta biex tasal għan-newtralità klimatika sal-2050. L-investimenti fl-enerġija rinnovabbli u l-immaniġġjar tal-iskart diġà qed iwasslu għal riżultati pożittivi. Malta qed timmira li tnaqqas l-emissjonijiet b’ 40% sal-2030, dovut l-aktar għat-tnaqqis ta’ 77% fl-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku. Dan l-għan jitlob ukoll iktar azzjoni, b’ mod partikolari fl-oqsma tat-trasport u tal-bini. Il-Gvern Malti qed jindirizza dawn l-isfidi waqt li anke jaħdem biex jisfrutta l-għajnuna tal-UE.
Filwaqt li tagħmel dan kollu Malta qed tkompli tinsisti dwar politika tal-klima li tirrifletti realtajiet ta’ stati gżejjer żgħar. Taħt it-tmexxija tal-Ministru Miriam Dalli, Malta kellha sehem importanti biex fit-tfassil tal-Liġi Ewropea tal-Klima għas-sena 2040, ikun assigurat li jkunu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi ta’ stati membri gżejjer u li għalhekk ikun hemm flessibilità. Il-liġi tintroduċi wkoll impact assessments nazzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet Ewropej dwar il-klima b’ mod effiċjenti, filwaqt li jissalvagwadja il-kompettività u l-prosperità. Dan ix-xogħol jirrifletti l-impenn ta’ Malta għal rotta responsabbli u ambizzjuza fil-klima u li tgħin liċ-ċittadini tagħha.