Facebook Instagram

Il-Climate Action Authority tilqa’ r-rapport tal-NAO li nnota “progress b’saħħtu fl-azzjoni dwar il-klima

October 7, 2025

Il-Climate Action Authority tilqa’ r-rapport tal-NAO li nnota “progress b’saħħtu fl-azzjoni dwar il-klima

Il-Climate Action Authority (CAA) tirreferi għar-rapport tal-Awditur Ġenerali (NAO) “A Review OfMalta’s Climate Action Using The Climate Scanner Framework” u tinnota b’sodisfazzjon il-kummenti fir-rapport li kkonfermaw kif Malta rreġistrat progress konsiderevoli u b’saħħtu fl-azzjoni tagħha dwar it-Tibdil fil-Klima.  

Il-CAA hija impenjata wkoll li tkompli taħdem fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-istess rapport u li tuża din l-inizjattiva li ħa l-NAO, permezz tal-Climate Scanner, biex tkompli ttejjeb il-ħidma tagħha u tippromwovi u timplimenta iktar azzjonijiet li jħallu impatt pożittivfuq il-ħidma li qed iwettaq il-pajjiż fl-azzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima.

Il-Climate Scanner hu għodda li qed tintuża minnIstituzzjonijiet ta’ Awditjar madwar id-dinja, u fl-ewwel analiżi permezz ta’ din l-għodda għal Malta kienirreġistrat skor ta’ 6.92 minn 10. L-Awditur Ġenerali jgħid hekk dwar dan l-iskor: “skont din il-metodoloġijata’ valutazzjoni huwa meqjus bħala li jirrappreżentaprogress b’saħħtu fir-rigward ta’ azzjoni klimatika.”

Filwaqt li ddeskriva dan bħala xhieda tal-progress li sar, l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali rrefera għal numruta’ inizjattivi meħuda bħal l-Att għall-Azzjoni dwar il-Klima, it-twaqqif tal-Climate Action Authority u l-Kunsill Nazzjonali dwar il-Klima, kif ukoll l-impenn li ħadet Malta biex tippromwovi alternattivi għall-fossil fuels.

Dwar il-governanza l-NAO jinnota istituzzjonijietb’saħħithom u impenn għas-sostenibbiltà fit-tul, kif ukoll inizjattivi li ttieħdu bħal l-Assesjar għall-Vulnerabbiltà u r-Riskju. Jinnota wkoll l-inizjattiva li ttieħdet fis-settur pubbliku fejn f’kull Ministeru kienmaħtur koordinatur għall-azzjoni dwar il-Klima.

B’rabta mal-politika pubblika, l-Awditur Ġeneraliwkoll innota pożizzjoni b’saħħitha bit-tfassil ta’ strateġiji u pjanijiet li jinkludu fihom għadd ta’ miżuri.

Ir-rapport jinnota wkoll titjib f’dak li għandu x’jaqsamil-finanzjament ta’ inizjattivi marbuta mal-klima, kemm mis-settur pubbliku, kif ukoll mis-settur privat.

L-Inġ. Abigail Cutajar, Kap Eżekuttiv tal-CAA, ikkummentat kif “huwa ta’ sodisfazzjon li l-isforzi ta’ Malta f’dan is-settur qed jiġu rikonoxxuti. Il-progress konsiderevoli li jinnota l-Awditur Ġenerali għandujservi biss biex fuqu nieħdu iktar inizjattivi u nimplimentaw iktar miżuri, inkluż dawk li jissemmewfir-rapport tal-Awditur Ġenerali nnifsu. Inizjattivi, li biex ikunu iktar effettivi u jkollhom l-ikbar impatt iridujittieħdu bħala pajjiż.

Fost oħrajn, is-CAA se tkompli taħdem fuq PjanNazzjonali ta’ Adattament għat-Tibdil fil-Klima, fejnkienet anke ippubblikata Preliminary Market Consultation (PMC) bil-għan li jkunu ingaġġati espertifl-iżvilupp tal-Pjan Nazzjonali li beda jkun diskussmal-imsieħba soċjali.  Qed jitfasslu wkoll inizjattivimaħsuba biex is-settur privat jinvesti f’iktar proġetti li jħallu impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà ta’ pajjiżna. Dawn huma fost inizjattivi li l-ħidma fuqhom bdiet u jissemmew ukoll fir-rapport tal-Awditur Ġenerali. Il-CAA tieħu l-okkażjoni biex trodd ħajr lil NAO ta’ din l-inizjattiva.

02 Newsletter

Join the way, and get
the latest updates.

Climate Action
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.